Il-pulizija f’Sydney ser ittellgħu żewġ nisa l-qorti wara li allegatament spiċċaw fl-idejn fuq it-toilet paper.
Fi stqarrija l-pulizija qalu li kienu nfurmati bl-inċident għall-ħabta tas-7 ta’ filgħodu wara daħlulhom rapporti ta’ ġlieda li ħalliet mara ta’ 49 sena feruta.
Vidjow li feġġ fuq il-midja soċjali juri grupp żgħir ta’ nisa, jimbuttaw lil xulxin, jgħajtu u jiġġieldu fuq trolley mimlija toilet paper.
Il-pulizija ta’ New South Wales qiegħda kontinwament tinforma lill-pubbliku li m’għandhomx jippanikjaw meta jmorru jixtru u m’għandhomx jaħżnu b’mod speċjali toilet paper u paracetamol.
Iż-żewġ nisa li għandhom 23 u 60 sena minn Bankstown ser jaffaċjaw proċeduri l-qorti fit-18 ta’ April li ġej.
#BREAKING: A scuffle broke out at a Woolworths in Chullora this morning with patrons coming to blows over toilet paper, forcing employees to intervene. Bankstown police attended the scene and no charges have been laid. #9News pic.twitter.com/9TmDAStb9D
— Nine News Australia (@9NewsAUS) March 7, 2020