Il-kantant Franklin Calleja f’dawn l-aħħar jiem kien qed jaħdem ma’ Ekklesia Sisters għall-kanzunetta ‘Ninni Ġesu’ Bambin‘. Din il-kanzunetta b’lirika ta’ Etienne Micallef u kompożizzjoni ta’ Gilbert il-Bibi Camilleri għandha s-sehem ukoll ta’ George Curmi l-Puse’ u Florence Aquilina.
L-għan ta’ din il-kanzunetta hu biex jinġabru fondi b’mod speċjali għall-Creche, fejn is-sorijiet tal-ursolini tant jaħdmu b’ħafna mħabba u dedikazzjoni, biex din il-binja f’tas-Sliema terġa’ tiftaħ bħala day care centre s-sena d-dieħla.
Il-produzzjoni mużikali ta’ din il-kanzunetta ħa ħsiebha Dominic Cini filwaqt li nħadem vidjo mużikali fil-Knisja tal-Patrijiet Kapuċċini tal-Kalkara, b’direzzjoni artistika ta’ Marie-Clare Sammut u b’direzzzjoni viżwali ta’ Chanelle Demicoli.
Dawk li jixtiequ jgħinu jistgħu jibgħatu donazzjoni b’revolut fuq: 99806338 jew b’ċekk indirizzat lil ‘Usuline Sisters’ jew b’trasferiment bankarju permezz ta’ dan l-iban: MT10VALL22013000000040016970854
Segwi hawn ‘Ninni Ġesu’ Bambin’
Għal dan il-proġett hemm l-appoġġ ta’ : Emotive Media, HSBC, Screen Salons Malta, Tal-Lira, Logografix Signs, El Catalan
Gram Collections, Centrecom, Pardi Men’s Wear ta’ B’Kara, Ellaire’s House Of Beauty u The Voice Lab Malta