Kollox beda minn Peppi Azzopardi, li ħareġ jiddefendi lil Gonzi meta kien qal li se jivvota bil-qalb kontra li jorħsu l-kontijiet tad-dawl kif imniżżel f’mozzjoni tal-Partit Laburista fil-Parlament dak iż-żmien t’awsterità meta l-poplu kien mgħobbi bl-agħar piżijiet tal-kontijiet tad-dawl.
Skont Peppi Azzopardi, li Franco Debono fil-passat qal li Azzopardi kien tqabbad mill-Partit Nazzjonalista biex jirranġah ma’ Gonzi fl-eqqel tal-kriżi politika bejn l-2008 u l-2013, Gonzi ma riedx ifisser dak li qal.
“Dejjem kont ngħid li possibbli Lawrence Gonzi qal hekk?”
Pronta kienet it-tweġiba ta’ Franco Debono, li waqqa’ l-Gvern ta’ GonziPN billi sfiduċjah f’vot fil-Baġit.
“U l-Gvern qed jimplimenta powerstation bil-heavy fuel oil tmarrad kull mhawn. Is-South miksi għal dawk li nsew bit-trab iswed.”
Debono saħaq li Gonzi qed jipprova jħassar dak li qal u mill-ġdid jikteb l-istorja kif jaqbel lilu.
Franco Debono żied jgħid li d-diskors ta’ Gonzi kien wieħed vili.
“Dak li kellna mela tiġi tgħidilna, tiġi tipprova niktbu l-istorja. Dak kien diskors vili, viljakk ta’ bniedem prodott goff f’diskorsu.”
Fl-aħħar ġimgħat Lawrence Gonzi, magħruf li għadu jiġbed l-ispag fid-Dar Ċentrali u tat-tmexxija preżenti tal-Partit Nazzjonalista, kompla jitkellem.
L-istess qed jagħmel Simon Busuttil li fl-aħħar kummenti tiegħu qal li l-Partit Laburista ma rebaħx il-fiduċja.