Waqt l-operazzjoni fil-fabbrika tat-Twistees intużaw mill-inqas 80,000 litru ta’ ilma, sabiex ikunu kkontrollati n-nirien li tkebbsu f’maħżen fi Triq il-Ħarrub f’Santa Venera.
Qal dan id-Direttur Operattiv tal-Protezzjoni Ċivili, Peter Paul Coleiro, f’kumment li għadda ma’ ONE News, waqt il-bullettin tal-aħbarijiet tas-7:30 ta’ filgħaxija.
Coleiro qal li hemm numru ta’ vetturi tat-tifi tan-nar u semma kif f’din il-fabbrika li tipproduċi l-ikel hemm diversi materjali li bihom in-nar jinfirex.
Fil-kumment ma’ ONE News, Peter Paul Coleiro spjega kif f’din l-operazzjoni nħarġu mill-binja numru ta’ ċilindri tal-gass li kienu qed jaqbdu.
Id-Direttur Operattiv tal-Protezzjoni Ċivili appella lil dawk li jgħixu fil-viċinanzi sabiex jagħlqu t-twieqi tad-djar tagħhom.
AQRA WKOLL: