Fit-tieni Ħadd ta’ Mejju, kull sena tkun imfakkra dik li tagħti l-ħajja l-bniedem. Dik li trabbi lil uliedha bl-aħjar mod possibbli. Il-pilastru li tiggwida lit-tfal tagħha fit-triq it-tajba.
Jum l-Omm għandu jkun kuljum. L-omm tagħmel is-sagrifiċċji għal uliedha. Tissagrifika ħajjitha u ħinha għall-ġid tagħhom u fejn jidħlu uliedha ma ċċedix pulzier.
L-omm mhux bilfors hija dik naturali imma hija dik li twennes ulied ħaddieħor b’imħabba u għożża. L-ommijiet huma l-foster carers, dawk li addottaw, is-sorijiet fid-djar tat-tfal, dawk li tilfu l-ulied, dawk li ma rnexxielhomx iwasslu t-tqala sal-aħħar, dawk kollha li xtaqu li jsiru ommijiet imma għal xi raġuni jew oħra, dan baqa’ qatt ma seħħ, u ma jistgħux iħaddnu jew jgħannqu lil uliedhom.
Imma x’tifsira għandha l-omm għal dawk li m’għadhiex magħhom f’din id-dinja?
L-omm hija dik li qatt ma tħallik waħdek u li għall-ebda ċirkustanzi ma tħallik tfendi għal rasek.