Fjamingu, tajra protetta, kellu jitraqqad wara li kmieni dalgħodu spiċċa milqut minn tir.
Qalet dan Birdlife Malta permezz ta’ stqarrija fejn spjegat kif kmieni dalgħodu f’Ħal Far il-Pulizija ssejħet għall-għajnuna hekk kif persuna li kienet fiż-żona rat lill-fjamingu jintlaqat minn tir bil-konsegwenza li baqa’ nieżel ftit ‘il bogħod minn fejn kien qed itir.
Il-fjamingu tilef ħafna demm u ġie ċċertifikat li kien f’kundizzjoni ħażina hekk kif ġarrab ġrieħi serji f’waħda mill-ġewnaħ – tant li l-ksur li kellhu, ma seta’ jsir xejn biex dan jiġi salvat.
Intant Birlife Malta spjegat kif ftit tal-ħin ilu ġabret fjamingu ieħor li safa milqut minn tir f’Marsaskala. Hu ġie kkonfermat li ntlaqat minn tir minn veterinarju fejn qed jiġi osservat minn ħin għal ieħor.
Ritratt: It-tieni fjamingu li nstab midrub f’Marsaskala
Filmat: Il-fjamingu li kellu jitraqqad wara li ndarab b’tir