Wara li minħabba l-pandemija sfaxxaw il-pjanijiet biex il-film ta’ Mark Doneo ‘Hemm Dar il-Qala’ jidher ġewwa t-teatri f’Melbourne u Sydney, minn Novembru li ġej il-film se jkun disponibbli fuq SBS tal-Awstralja. B’hekk dawk kollha li semgħu bil-film, maħdum kompletament f’Malta u Għawdex, u ma kellhomx l-opportunita’ li jarawh s’issa, se jkunu jistgħu jagħmlu dan mit-12 ta’ Novembru ‘l quddiem
Fl-Awstralja teżisti waħda mill-akbar komunitajiet Maltin fid-dinja u fil-bidu tal-2019 kienu qed isiru tħejjijiet biex ‘Hemm Dar il-Qala’ kif ukoll ‘Silhouette’, żewġ films ta’ Mark Doneo, jintwerew hemmekk, imma kif ġara mad-dinja kollha dawn il-pjanijiet kellhom jitpoġġew fuq l-ixkaffa.
‘Hemm Dar il-Qala’ jew ‘The Weeping House of Qala’ huwa film kompletament bil-lingwa Maltija imma b’sottotitoli bl-Ingliż u hija produzzjoni tal-kumpanija Mad Movies Productions Ltd u Maka Visuals bl-għajnuna finanzjarja tal-Malta Film Fund.