Mimlija bil-għomor, tifkiriet u nostalġija- Maria Farrugia għalqet 106 snin. Għal din l-okkażjoni tant speċjali, uliedha kif ukoll xi ħbieb familjari nġabru magħha fid-dwejra tagħha f’Tal-Pieta. Preżenti kien hemm is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanita’ Attiva Anthony Agius Decelis.Maria Farrugia, magħrufa minn ħafna bħala Stella, qasmet ma’ ONE NEWS il-memorji li għexet fi żmien li kien hawn il-ferrovija f’Malta fejn naturalment xi praspura ma tonqosx.
Maria Farrugia, omm ta’ tlett itfal, nanna ta’ 9 neputijiet u bużnanna ta’ 19-il pro neputijiet tiftakar perfettament żmien it-Tieni Gwerra Dinjija. Tirrakkonta, kif minkejja li zijietha kienet tisħaq li Maria kienet taf fejn għandha tmur għal kenn waqt xi attakk bl-ajru.
Mistoqsija dwar iż-żminijiet tal-lum – bi tbissima fuq fommha, Maria Farrugia baqgħat tisħaq li minkejja l-avvanzi li ġabet magħhom il-ħajja, hija xorta waħda tippreferi żmien l-imgħoddi.