Azzjoni f’waqtha minn żewġ lifeguards stazzjonati f’Għajn Tuffieħa wasslet biex jiġu salvati erbat itfal mill-baħar imqalleb li kien qed jiddomina fil-bajja.
Fil-fatt, filmat mis-Soċjetà tas-Salib l-Aħmar fuq Facebook juri liż-żewġ lifeguards jiġru fil-baħar imqalleb sabiex isalvaw lit-tfal hekk kif dehru f’diffikultà kawża tal-mewġ.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Is-Soċjetà tas-Salib l-aħmar appellat lill-pubbliku sabiex isegwi l-istruzzjonijiet tal-lifeguards.