Iż-żjara ta’ San Pawl Nawfragu fil-gżejjer Maltin dejjem kienet fuq fomm il-Maltin b’uħud jirrakkontaw fejn seħħ in-nawfraġju kif ukoll it-tgħallim li ħalla warajh San Pawl.
F’intervista waqt ONE Breakfast ir-riċerkatur, Mark Gatt, spjega dwar kif fdalijiet li nstabu f’ibħra Maltin xeħtu aktar dawl dwar in-nawfraġju, fejn x’aktarx seħħ u l-istorja sinonima mal-gżejjer Maltin li tissemma fl-Atti tal-Appostli.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Spjega dwar kif fil-qigħ tal-baħar instabu żewġ ankri, waħda li titqies bħala l-akbar ankra li qatt nstabet f’ibħra Maltin u li tiżen erba’ tunellati kif ukoll ankra oħra li fuqha hemm allat Eġizzjani.
Dawn, u aktar sejbien ħolqu aktar għarfien dwar fejn seta’ seħħ in-nawfraġju.