Familja jistgħu jgħodduha b’waħda wara li ġew evakwati fil-ħin hekk kif id-dar tagħhom fin-Nadur Għawdex ħadet in-nar.
Huma ġew evakwati minn membri tal-Protezzjoni Ċivili li bħalissa jinsabu jikkontrollaw il-fjammi. Minn l-ewwel informazzjoni fuq il-post ġew evakwati mara, raġel u kelb filwaqt li jidher li ħadd ma weġġa f’dan l-inċident. Il-familja kienet tinsab rieqda fil-ħin li d-dar bdiet tinħakem minn nirien.
Aktar dettalji malli jaslulna.