Preżentatur kien ‘live’ fuq BBC, meta waqt li kien qed jitkellem dwar l-Olimpjadi f’Rio stess- koppja telfitu ftit mhux ħażin hekk kif ideċidew li jagħmlu l-imħabba fuq il-bajja ta’ wara l-preżentatur.
Il-preżentatur Dan Walker, kien qed jitkellem dwar il-kompetizzjonijiet tal-olimpjadi minn bajja fil-Brażil, iżda beda jżomm id-daħk meta beda jipprova ma jagħtiex każ dak li kien qed jiġri warajh. Walker, kellu jgħid xi ħaġa dwar dan hekk kif bdew deħlin bosta Tweets dwar ix-xena ta’ imħabba li kien għadu ma ntebaħx biha.
Fiċ-ċirkostanzi, l-preżentatur qal li dawn kienu qed jitgħanqu jew jaqraw ktieb f’poża mhux tas-soltu – iżda l-filmat jitkellem waħdu.