Nirien qawwija ħakmu l-lukanda Pebbles fi Triq il-Kaħli, San Pawl il-Baħar.
Fil-bidu, timijiet mediċi bdew iqisu dan l-inċident bħala wieħed maġġuri.
Fuq il-post immedjatament issejħu l-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll tim mediku u bosta ambulanzi.
Fuq il-post kienet għaddejja operazzjoni maġġuri sabiex jiġu kkontrollati n-nirien, kif ukoll jinħarġu n-nies li kienu ġewwa l-lukanda.
Dan l-istazzjon jinsab infurmat ukoll li fil-lukanda bosta residenti kienu qegħdin fir-ristorant għall-ikel tal-kolazzjon.
Nifhmu li mal-mitt persuna ġew evakwati filwaqt li n-nirien għamlu ħsara mal-faċċata tal-post.