Fis-sigħat bikrin tat-Tlieta filgħodu, stabbiliment tad-divertiment f’Paceville kellu jiġi evakwat minħabba li żviluppaw nirien f’parti mis-saqaf tal-post.
Immedjatament fuq il-post intalbet l-assistenza ta’ membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li waslu fuq il-post fi ftit minuti u kkontrollaw in-nirien f’ħin qasir.
Preżenti wkoll kien hemm tim mediku mill-isptar Mater Dei iżda fortunatament ħadd ma sofra l-ebda ġrieħi.
Pulizija mir-Rapid Intervention Unit, tad-Distrett u tal-Community Policing kienu fuq il-post sabiex jikkontrollaw ir-rassa tan-nies li nġabret fuq barra tal-istabbiliment.
L-istabbilimenti tad-divertiment, Shadow Club u Passion, b’rabta mal-każ tan-nirien li nħakmu rringrazzjaw lil dawk kollha li kkoperaw.
Spjegaw kif kawża tan-nirien it-tim evakwa lil kull min kien fil-binja b’mod immedjat.
Huma skużaw ruħhom għal kull inkonvenjent li ġie kkawżat.