Ir-rata għolja ta’ tilqim kontra l-COVID-19 li għandu pajjiżna, ġiet imfaħħra u nnutat mill-istazzjon tal-aġenzija tal-aħbarijiet internazzjonali Euronews.
Dalgħodu, waqt il-programm ‘Good Morning Europe’, li jiġi segwit minn eluf ta’ persuni ‘, il-ġurnalista tat ħarsa lejn l-aħħar sitwazzjoni ta’ kif qed jingħata t-tilqim madwar diversi pajjiżi.
Il-ġurnalista tal-Euronews semmiet kif Malta, l-iżgħar stat membru fl-Unjoni Ewropea għandu l-ogħla rata ta’ tilqim, ta’ 7%.
Intant, ilbieraħ tħabbar kif nhar il-Ħadd li ġej pajjiżna se jirċievi ammont ta’ dożi tal-vaċċin għall-Covid-19 mill-kumpanija AstraZeneca.
B’dan l-iżvilupp, il-programm ta’ tilqim ta’ Malta se jimxi b’ġimagħtejn bil-quddiem hekk mill-ġimgħa d-dieħla se tibda titqassam l-ittra lil kull persuna vulnerabbli ta’ kull età, biex għal nofs Marzu jibdew jitlaqqmu.
Dawn il-persuni vulnerabbli jinkludu dawk b’mard kroniku.
Sa issa f’pajjiżna tlaqqmu aktar minn tlieta u tletin elf persuna.