Huwa evidenti ħafna l-entużjażmu fit-tim ta’ Ħamrun Spartans u l-Ħamrun fil-ġurnata li t-tim ta’ Ħamrun Spartans se jkun qed jagħmel id-debutt tiegħu fil-kampjonat Premier għal dan l-istaġun.
B’kampanja ta’ akkwisti qawwija Ħamrun Spartans saħħew ħafna t-tim għal dan l-istaġun anke grazzi għall-isponsor ewlieni tal-klabb Joe Portelli, l-imprenditur Għawdxi.
F’kummenti li ta din il-ġimgħa f’konferenza tal-aħbarijiet, Portelli saħaq li l-għan tiegħu huwa li Ħamrun jerġgħu jkunu mal-kbar tal-futbol Malti u fi kliemu, “jimla’ Strada Rjali bin-nies”.
Dawn il-kumment nisslu zgur sens qawwi ta’ nostalġija iżda kuraġġ fost il-Ħamruniżi u dan huwa evidenti ħafna.
Ħamrun Spartans kienu forza qawwija ħafna fil-futbol lokali fis-snin tmenin u l-ewwel ftit snin tas-snin disgħin, dak iż-żmien taħt il-Presidenza ta’ Victor Tedesco iżda minn dak iż-żmien ‘l hawn qatt ma reġgħu għollew unur ieħor.
Minjaf fiż-żmien li ġej?
Segwi dan il-filmat: