Eluf ta’ Maltin ħonqu t-toroq tal-Isla u mxew wara l-istatwa mirakoluża ta’ Ġesu Redentur li reġgħet ħarġet għad-devozzjoni tal-poplu wara r-restawr estensiv li sarilha.
Dan sar wara nuqqas ta’ sena hekk kif fil-purċissjoni li ssir f’ Ġunju, din l-istatwa kienet diġa ttieħdet għar-restawr.
F’purċissjoni li tmexxiet mill-Arċisqof ta’ Malta Charles Scicluna, minbarra l-eluf ta’ nies li ġibdet għal warajha, kienu ħafna l-persuni li xtaqu jerfgħu din l-istatwa.
Għalhekk il-Kummissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira fi ħdan il-Parroċċa tal-Isla addottat sistema biex tagħti ċans lill-aktar nies biex jerfgħu din l-istatwa kif spjega ic-Chiarman tal-Kummissjoni Rennie Schembri.
Mario Farrugia li għall-ewwel darba kellu x-xorti li jerfa’ din il-vara ddeskriva l-ftit siegħat li għamel bl-istatwa fuq spalltu bħala uniċi. Dan anke jekk mhux l-ewwel darba li refa’ vari tal-Ġimgħa l-Kbira f’ irħula oħra.
hija esperjenza sabiħa u penitenzjali u sabiħa tkun taf kemm hawn devozzjoni u xi ħaġa kbira għalija personali għax wara r-restawr ħrignieħ aħna l-ewwel darba
Sadanittant għal Ryan Catania kienet it-tielet darba li refa’ fil-Vara ta’ Ġesu Redentur fl-Isla, iżda mhux biss. Ta’ kull sena huwa jerfa’ fil-Purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira tal-Belt Valletta, u spjega li l-esperjenza ta’ refgħa tar-Redentur fl-Isla bħala wahda mhux facli u simili ghal dik tal-Belt Valletta.
il-Belt diffiċli għax għandek ħafna taraġ u tlajja’…u nżul hawn bħall-Belt imma mhux daqshekk bħall-Belt