Wara li ntemmet is-seduta fil-Qorti bil-proċeduri mnebbħa mill-inkjesta tal-Maġistrat Gabriella Vella, l-eks Prim Ministru Joseph Muscat ħareġ mill-Qorti.
Dr Muscat sostna li invista ta’ deċiżjoni tal-Maġistrat Rachel Montebello hu ma jistax iwieġeb għall-mistoqsijiet tal-ġurnalisti biex ma jmurx kontra ordni tal-Qorti.
Qal li filwaqt li jirrispetta d-deċiżjoni ma jistax jikkummenta fuq deċiżjoni li hu ma jistax jitkellem.
Id-deċiżjoni tal-Maġistrat wara talba tal-Prosekuzzjoni tirrigwardja dwar digriet li tat Dr Montebello li fih sostniet li hija l-Qorti biss li tiġġudika l-każ u tmexxi l-proċeduri u mhux il-midja.