Mart il-Prim Ministru Dr Lydia Abela llum żaret bosta negozji u komunitajiet fil-Belt.
Filwaqt li semgħet dak li kellhom xi jgħidu s-sidien u l-ħaddiema tal-ħwienet, Dr Abela apprezzat l-entużjażmu, ir-rieda u d-determinazzjoni tan-negozji għaż-żmien li ġej.
Hija qalet li s-sentiment komuni fost in-negozji kien dak ta’ ringrazzjament lejn il-ħidma tal-Gvern biex ikunu salvati l-impjiegi matul il-pandemija.