Il-Partit Nazzjonalista kkonferma li din is-sena ma ħareġ l-ebda dokument ta’ qabel il-baġit, wara li s-sena l-oħra ħareġ wieħed kollu żbalji u spiċċa żżufjettat mill-midja.
Julie Zahra qalet hekk lill-midja.
“Mela rigward il-pre-budget document, ma nafx, naħseb kontu entużjasti biex tarawh din is-sena għax meta noħorġuh dejjem tirreaġixxu għalih b’mod kif tafu tagħmlu. Dis-sena ma ħriġnihx il-pre-budget document.”
Julie Zahra – Deputata tal-PN
Din il-konferma hija xprunata mat-taħwid tas-suppost viżjoni ekonomika tal-Partit Nazzjonalista, li ħareġ ta’ malajr il-Partit Nazzjonalista forma ta’ erba’ slides f’powerpoint presentation.
Is-sena l-oħra, Bernard Grech ħareġ pre-budget document li kitibulu Jerome Caruana Cilia, il-kelliem tiegħu għall-finanzi.
Dan id-dokument kien issejjaħ bħala “mess” mill-midja.
Din id-darba fl-islides ukoll il-Partit Nazzjonalista nqabad iħawwad tant li f’konferenza tal-aħbarijiet, id-Deputati ta’ Bernard Grech weħlu meta ġew mistoqsija minn ONE News dwar il-bażiku.