Din il-ġimgħa, il-Gvern se jkun qed jintroduċi miżuri ġodda sabiex ikompli jgħin lin-negozji.
Dan intqal dalgħodu fil-Parlament mill-Ministru għall-Intrapriża Miriam Dalli fil-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari.
Dr Dalli spjegat kif bħalissa l-Gvern għaddej b’diskussjonijiet mal-partijiet ikkonċernati.
Il-Ministru Miriam Dalli saħqet kif dawk in-negozji kollha li kellhom jagħlqu bl-avviż legali li daħal fis-seħħ fit-8 ta’ Marzu, se jkunu qed jingħataw din l-għajnuna.
Il-Ministru Dalli spejgat kif dawk li kienu qed jieħdu l-Covid Wage Supplement pro-rata qabel dan l-avviż legali l-ġdid, sal-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Marzu se jkunu qed jieħduh pro-rata, imbagħad bejn it-8 u s-26 ta’ Marzu, meta n-negozju tagħhom għalaq, il-Covid Wage Supplement se jkunu qed jieħduh b’mod sħiħ.
Il-Ministru Miriam Dalli qalet ukoll li hemm żewġ sezzjonijiet li qed jirċievu l-Covid Wage Supplement, dawk li diġà kienu qed jirċievu xi forma ta’ din l-għajnuna u dawk li ma kinux qed jieħduh qabel l-avviż legali tas-Supretendenza tas-Saħħa Pubblika daħal fis-seħħ.
Spjegat li dawk li ma kinux qed jieħdu din l-għajnuna, iridu japplikaw għal Covid Wage Supplement b’mod online.