It-Tlieta filgħaxija membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ġew imsejħa sabiex jitfgħu dgħajsa li nħakmet min-nirien fil-marina tal-Imsida.
Fi ftit tal-minuti mis-sejħa għall-għajnuna, pumpiera stazzjonati fl-istazzjon tat-tifi tan-nar tal-Furjana waslu fuq il-post u bdew bl-operazzjoni ta’ tifi tan-nar fuq il-cabin cruiser.
In-nar ġie kkontrollat fi ftit minuti fejn apparti l-ilma, l-pumpiera użaw ukoll ammont ta’ foam.
Fuq il-post kien hemm ukoll tim mediku mill-Isptar Mater Dei. Ħadd ma jidher li weġġa’ f’dan l-inċident.