L-eks Kap Nazzjonalista Adrian Delia wissa lil dawk li attakkawh minħabba l-mossa fuq il-Fosos lejlet l-Indipendenza.
Fuq l-istazzjon FLiving, Delia ilmenta li fil-Partit Nazzjonalista hemm min qed ikabbarhom, wara li n-nies tiegħu anki ġew mgħajjra minn tal-fazzjoni ta’ Simon Busuttil għax marru l-Fosos bil-flokkijiet ta’ Delia.
“Min irid ikabbar l-affarijiet, ikabbarhom” qal Delia.
Quddiem il-kundanna tal-Kap Bernard Grech, li qallu li dak li għamel fuq il-Fosos kien inaċċettabbli, Delia beda bil-paraguni.
Anki għax in-nies tiegħu għadhom isejħulu Kap, Delia fakkar fil-ġlied u l-intriċċi li dejjem kellu l-Partit Nazzjonalista.
Adrian Delia qal li “meta kien għad hemm il-kwistjoni bejn Eddie u De Marco li kienu għamlu mhux biss t-shirts dawn imma tellgħu hot air balloon daqs dinja bl-isem ta’ Dr Guido De Marco, Kap tal-Partit kienu għamlu.”