Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia għażel li jkun negattiv dwar il-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika ta’ €900 miljun li ħabbar il-Prim Ministru, it-Tnejn filgħaxija.
Malli ntemmet il-konferenza li fiha tħabbar dan il-pjan ekonomiku, Adrian Delia għamel żewġ intervisti wara xulxin fuq l-istazzjon tiegħu, sabiex jikkritika dan il-pjan.
Quddiem miżuri li jolqtu lill-familji direttament bħat-traħħis qawwi fil-prezzijiet tal-fjuwil u l-għoti ta’ voucher ta’ €100 lil kull persuna minn 16-il persuna.
Delia stqarr: “F’dan il-mument il-familji tagħna għażel li ma jgħinhomx.”
Filwaqt li l-imsieħba soċjali u l-poplu rrimarkaw kemm dan il-pjan qassam ġid lil kulħadd, Delia kien surreali fir-reazzjoni tiegħu.
Delia sostna: “Għax jagħżel il-ftit u hemm ħafna li ma jtihom xejn.”
Quddiem l-ikbar investiment infrastrutturali industrijali fl-istorja ta’ pajjiżna b’allokazzjoni ta’ €400 miljun, Adrian Delia kritika lil Gvern: “Meta niġu għal viżjoni fejn iridu nagħżlu hemmhekk we are lacking bil-kbir.”
Delia mbagħad spiċċa jilmenta bil-pakketti t’għajnuna li ta l-Gvern f’dawn l-aħħar xhur: Huwa qal: “L-ewwel pakkett, it-tieni pakkett, it-tielet pakkett il-buisness minn xahar għal xahar iridu jippjanaw.”
U mbagħad meta qal li sab xi ħaġa tajba f’dan il-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika, Delia prova jieħu l-mertu tiegħu.
Delia kompla jgħid: “Gvern reattiv u gvern selettiv u hekk hu għax fejn għamel it-tajjeb fejn għidnilu aħna.”