Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia ddefenda lid-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi u qal li m’għandux jerfa’ responsabbilita politika għad-denunzji li fetaħ fejn akkuża lill-Prim Ministru, lill-Brigadier u lis-suldati bi qtil ta’ immigranti.
L-inkjesta Maġisterjali kkonkludiet b’mod ċar li d-denunzji miftuħa mill-għaqda Repubblika permezz ta’ fost l-oħrajn il-kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Ġustizzja Jason Azzopardi, ma kinux imsejsa fuq provi.
Iżda l-Kap tal-Oppożizzjoni kompla joħroġ għonqu għal Jason Azzopardi.
Delia li mhux biss irrepeta l-akkużi imbagħad qal lil ONE News li jaħseb li l-Prim Ministru jrid jitlob apoloġija.