Dalgħodu l-Ispeaker tal-Parlament, Anġlu Farrugia kien kostrett iwiddeb għal tliet darbiet lil Viċi Kap Nazzjonalista David Agius li beda jgħajjat fil-Kamra tar-Rappreżentanti.
F’mument minnhom, l-Ispeaker anki ġibed l-attenzjoni dwar dak meqjus bħala nuqqas ta’ ftehim bejn żewġ Deputati Nazzjonalisti li riedu jagħmlu mistoqsija parlamentari lill-Ministru għall-Edukazzjoni Owen Bonnici.
Iż-żewġ Deputati Nazzjonalisti kienu Clyde Puli u David Agius.
L-Ispeaker kien kostrett iwaqqaf lil Agius u talbu biex jieqaf jgħajjat jew inkella jitlaq ‘il barra mill-plenarja.