Daniel Muka tressaq il-Qorti fejn għall-ħabta tan-12:30 mistenni jidher quddiem il-Maġistrat Nadine Lia mixli b’diversi akkużi relatati mal-qtil doppju li seħħ f’Tas-Sliema.
Huwa tressaq bi skorta tal-pulizija u twassal fuq in-naħa ta’ wara tal-binja tal-Qorti fejn jidher li kien hemm sigurtà stretta.
Minn filmati ppublikati minn ONE News wieħed jista’ jisma’ terzi persuni li kienu preżenti jgħajtu l-kelma “assassin”.
Dan l-għajjat instema’ waqt li Muka kien qed jitniżżel mill-karozza tal-pulizija u kien qed jiġi skortat lejn il-binja tal-Qorti.