Il-Ministru Helena Dalli rreaġixxiet għan-nominazzjoni tagħha li ser twassalha għal pożizzjoni prestiġjuża fi ħdan il-Kummissjoni Ewropea u stqarret li tinsab kommessa b’dan l-unur. Il-Ministru saħqet ukoll li tinsab kuntenta ħafna li pajjiżna ser ikollu l-ewwel Ministru għall-ugwaljanza li ser ikun raġel li jkompli jixhed kemm Malta qiegħda tkompli tikteb l-istorja sabiex ikun pajjiż tassew ugwali. Dan filwaqt li qalet tinsab onorata li ser tkun l-ewwel mara li ser tiġi nominata biex tkun Kummissarju Ewropew.
Stefan Bajada
Gradwat b'Baċċellerat u Maġisteru mill-Università ta’ Malta. Fl-2018 issieħeb mal-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ ONE, u fl-2023 beda jaqra l-aħbarijiet. Stefan għandu għal qalbu l-politika lokali u l-istejjer umani. Ma jonqosx li l-gżira tat-tliet għoljiet ukoll hija ta’ interess kbir għalih, hekk kif huwa Għawdxi.