“Sittax-il sena ilu dħalt il-ħabs nissokta sentenza ta’ priġunerija, izda mill-ħabs waqajt fil-vizzju tad-droga u spiċċajt nieħu l-eroina u l-kokaina.”
Bil-kundizzjoni tal-anonimita, hekk irrakonta magħna, missier ta’ żewġt itfal, li ilu sittax-il sena jabbuża mid-droga.
“Id-droga bdejtha mill-Yours ta’ 20 sena kont niehu l-ismoke. Imbagħad ta’ 24 mill-ħabs bdejt nieħu, biex nkompli mal-kumpanija.”
Irrakontat, li tant kemm id-droga kienet itih pjaċir, li ma riedx joħroġ mill-ħabs.
“Thossok ‘home’ hemmhekk u ġieli tgħid il-ħabs ahjar.”
Filfatt, minħabba l-vizzju tad-droga reġa weħel kemm-il darba l-ħabs.
Iżda din is-sena akkost ta’ kollox ried jegħleb dan il-vizzju.
Kien għalhekk li beda programm ta’ rijabilitazzjoni f’Dar Santa Marija li tiġi amministrata mis-Sedqa.
“Imbagħad meta missejt il-qiegħ irrealizajt li għandi nfittex l-għajnuna.”
Grazzi għal dan il-programm, illum li għandu disgħa u tlettin sena irrealiza kemm il-ħajja hija sabiħa.
“Ngħid ara xi tlift f’ħajti u eżempju anki il-familja issa jafdawni iktar bil-problemi.”
F’dawn iz-żminijiet ta’ festi, dan il-missier xtaq jibgħat messaġġ lil dawk iz-żgħażagħ sabiex igawdu imma joqgħod lura mid-droga. Sustanza li itik pjaċir għal ftit ħin, iżda il-konsegwenzi huma eterni u saħansittra jista’ jkunu fatali.
“Il-buzz huwa ta’ dak il-ħin imma l-konsegwenzi huma eterni, droga hija marda li igorrha miegħek.”