Cristiano, it-tarbija tat-twelid li tul il-jum tal-Ġimgħa nstab abbandunat f’parapett f’Buġibba, qed jingħata l-attenzjoni massima fl-Isptar Mater Dei biex eventwalment jibdà l-proċess biex tibda tgħix taħt il-ħarsien u l-imħabba tas-sorijiet tal-Ursolini.
Sorsi qrib dan l-istazzjon stqarru li t-tifel qed jirrispondi b’mod pożittivi għall-aħħar għal kura li qed tingħatalu.
Dwar dan ONE News tkellem mas-Sur Alfred Grixti, Ċermen tal- Fondazzjoni Għal-Benesseri Soċjali li stqarr li l-fondazzjoni qed tintervjeni biex tassigura li t-tifel jingħatawlu l-oġġetti kollha meħtieġa wara li nstab b’ta fuqu senduqu.
“Se nagħmlu dak kollhu li kien meħtieġ, għax dit-tarbija letteralment ta’ fuqha senduqa, li kellna bżonn nixtrula xtrajnih permezz tal-Appoġġ Childrens Fund”.Filwaqt li l-investigazzjonijiet jinsabu għaddejin, is-Sur Grixti stqarr li s-sentiment tagħhom u tal-Maġistrat hu li wieħed m’għandux jaqa fin-nassa tal-ġudizzju u jaħdem biex l-omm tiġi indetifikata u tingħata l-għajnuna kollha meħtieġa.
“Aħna nħossu li l-omm kienet f’kundizzjoni delikata ħafna biex waslet tagħmel li għamlet u ikun ħażin ħafna li ngħaddu ġudizzju għalfejn għamlet hekk u aġixxiet kif aġixxiet. Aħna nemmnu bħall ma jemmen il-Maġistrat Joe Mifsud li l-omm għanda bżonn l-għajnuna u żgur m’għandiex bżonn minn jgħaddi kummenti ta’ kundann”
Ma’ ONE News is-Sur Grixti stqarr li eventwalment, l-awtoritajiet se jkunu qed iħarsu lejn il-possibilità li Cristiano jitpoġġa f’sistema ta’ fostering jew jingħaqad lura m’ommu jekk tiġi identifika u ċċertifikata li hi f’saħħitha biex trabbih.
“All options are open,jiġifieri jista’ jkun deċiżjoni fit-tul ta’ fostering, jista’ jkun addozzjoni, u jista’ jkun re-integrazzjoni jekk ikollna s-soljevv li l-omm ħarġet mit-trawma li kienet fiha u verament kapaċi trabbi l-binha”
Tul dawn l-aħħar 24 siegħa minn meta ONE News ippublika din l-aħbar, spikkat il-qalb tajba tal-poplu Malti hekk kif kienu bosta li għamlu kuntatt ma’ din il-kamra tal-aħbarijiet biex jaraw il-possibilità li jkunu huma li joffru l-imħabba mistħoqqa liċ-ċkejken Cristiano.
Intant, tul il-jum ġie żvelat kif l-isem Cristiano ingħatalu bit-tama li bħalma ġara fil-każ tal-plejer Portugiż Cristiano Ronaldo, mix-xewk joħroġ il-ward u ċ-ċkejken igawdi ħajja ta’ suċċess.