Il-plejer tat-tim nazzjonali Daniż Christian Eriksen kellu jiġi bżonn is-CPR hekk kif ikolassa waqt il-partita tal-Euro 2020 kontra l-Finlandja.
Il-każ seħħ fit-42 minuta tal-partita meta l-plejer Daniż deher jiġri għall-ballun waħdu waqt throw-in u waqa’ waħdu u ntilef minn sensih.
Huwa ngħata l-ewwel assistenza medika mit-timijiet mediċi li kien hemm fil-ground fejn ftit tal-ħin wara nħareġ mill-pitch fuq stretcher. Huwa ttieħed ġo sptar speċjalizzat permezz t’ambulanza. Diversi plejers Daniżi dehru mbikkma imdawwra mat-timijiet mediċi li kienu qed jagħmlu minn kollox sabiex jerġgħu jagħtu l-ħajja lill-plejer.
Il-logħba, li kienet qed tintlagħab fil-Parken Stadium ġiet sospiża mill-UEFA bil-partitarji taż-żewġ timijiet dehru maħsuda b’dak li kien qed jiġri quddiem għajnejhom.
https://youtu.be/uPl34MovU38
Aktar Dettalji fil-ħin li ġej.