Id-Deputati Nazzjonalisti Beppe Fenech Adami u Claudette Buttigieg huma fost id-Deputati Nazzjonalisti li taw l-appoġġ tagħhom u ffirmaw dikjarazzjoni li qiegħda ddur fil-Grupp Parlamentari, li permezz tagħha juru li m’għandhomx appoġġ fil-Kap Nazzjonalista Adrian Delia.
Irrappurtat dan il-MaltaToday. Sorsi fil-Grupp Parlamentari qalu lil MaltaToday ukoll, li l-firem kienu qegħdin jinġabru mill-President tal-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista Mark Anthony Sammut.
Is-sorsi fil-Partit Nazzjonalista qalu lill-MaltaToday li filwaqt li Adrian Delia m’għandux l-appoġġ tal-maġġoranza tad-Deputati Nazzjonalista, għandu appoġġ kbir mill-attivisti tal-Partit Nazzjonalista.
Għalkemm tal-fazzjoni tal-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil ħarġet tiżżuffjetta bl-attendenza li kellhom il-ġimgħa f’rally organizzat fid-Dar Ċentrali.
Skont il-fazzjoni ta’ Busuttil, għar-rally kien hemm attendenza fqira, ta’ 286 persuna biss li attendew biex jagħtu appoġġ lill-kap.
Il-MaltaToday irrappurtat ukoll li l-President tal-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista Mark Anthony Sammut avviċina Deputati Nazzjonalisti sabiex jagħtuh l-appoġġ biex il-Partit Nazzjonalista jiddiskuti l-futur ta’ Adrian Delia bħala Kap Nazzjonalista.
B’Mark Anthony Sammut qiegħed ikun imħeġġeġ minn żewġ Deputati Nazzjonalisti sabiex il-Partit Nazzjonalista jiddiskuti jekk Adrian Delia għandux jibqa’ jmexxi l-Partit.