”Dan kien Boyce Avenue f’Malta! L-MTA appoġġja dan il-kunċert u huwa impenjat li jagħti daqqa t’id biex diversi oħrajn isiru possibbli, għaliex aħna nemmnu li l-ġmiel tal-gżejjer tagħna jistgħu jiġu espressi wkoll permezz tal-mużika. Grazzi għal Wesley Ellul u t-tim tiegħu għal din il-produzzjoni”, qal dan il-koordinatur tal-avvenimenti fi ħdan l-MTA Lionel Gerada.
Kien fil-15 t’Ottubru li għadda illi ġo Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, il-grupp popolari u internazzjonali Boyce Avenue ta wirja spettakolari lil dawk li attendew. Il-bieraħ 10 ta’ Jannar 2018, il-grupp tefa’ l-filmat tat-tour bl-isem Be Somebody World Tour fil-paġna tagħhom.