Tiddomina l-bjut u l-galleriji tad-djar tal-poplu Malti u Għawdxi llum hemm tperper il-bandiera Maltija.
Dan wara li l-pubbliku ġie mħeġġeġ sabiex jagħmel dan bħala turija ta’ tama u kuraġġ f’dan iż-żmien ta’ sfida waqt l-imxija tal-Coronavirus.
Fuq il-midja soċjali wħud tellgħu ritratt tal-bandiera bajda u ħamra jew imdendla mal-gallerija jew fuq l-arblu tal-bejt, fejn għal dawk kollha li qed jiġġieldu kontra dan il-virus dan il-poplu qalbieni għandu kelma waħda, dik ta’ Grazzi.