Illum qed tkun imfakkra u ċċelebrata l-persuna li ġabitna fid-dinja – l-omm. Jum li jġib tifkiriet ta’ dik il-mara li wellditna u li llum m’għadhiex magħna. ONE News tkellem ma’ xi nies quddiem iċ-ċimiterju tal-Addolorata dwar din il-ġurnata.

Anton Falzon
Gradwat mill-Università ta' Malta fil-qasam edukattiv u jaħdem bħala Assistent kap ta’ skola. Ilu jaħdem fix-xandir mill-1992. Ingħaqad mal-kamra ta’ ONE News fl-2012 bħala xandar u ġurnalist. Jinteressawh l-istejjer politiċi, umani, l-istorja ta’ pajjiżna u l-ambjent fost oħrajn. Kien involut f’diversi produzzjonijiet televiżivi u radjufoniċi.