“Bla tlaqliq ta’ xejn nista’ ngħid li l-vaċċin tal-AstraZeneca kontra l-Covid-19 huwa sigur.”
Dan intqal miċ-Chairman tal-Awtorità Maltija għall-Mediċini, il-Professur Anthony Serracino Inglott waqt kollegament dirett fil-bullettin tal-aħbarijiet tas-sebgħa u nofs ta’ ONE.
Ma’ ONE News, il-Professur Serracino Inglott qal kif il-fatt li l-vaċċin ta’ din id-ditta partikolari huwa sigur ġie kkonfermat waqt il-laqgħa tal-ilbieraħ tal-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini.
Iċ-Charmain tal-Awtorità Maltija għall-Mediċini qal kif Malta kellha sehem attiv fid-diskussjonijiet u kienet irrappreżentata mill-Professur John Borg.
Il-Professur Anthony Serracino Inglott qal kif tal-istess opinjoni dwar l-AstraZeneca kienet l-Awtorità tal-Mediċini tar-Renju Unit.
Iċ-Chairman tal-Awtorità Maltija għall-Mediċini qal kif b’mod indipendenti, huwa ta parir lill-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne u s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci li dan it-tilqima tista’ tkompli tingħata.
Semma kif kull mediċina u tilqima tħalli l-effetti tagħha, però qal kif il-benefiċċju tat-tilqima jiżboq bil-bosta l-effetti l-oħra.