Il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech u dak li kien il-kelliem tiegħu u llum kandidat Nazzjonalista għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, Peter Agius, inqabdu jiġbdu b’mod sfaċċat.
B’mod evidenti fatti dwar kummenti li għadda Peter Agius iggidbu lilu u lill-Kap Nazzjonalista wara li dan tal-aħħar kien mistoqsi mill-ġurnalist ta’ ONE News Samuel Lucas jaqbilx ma’ Agius li qal li jaqbad u jkeċċi l-barranin kollha f’pajjiżna, inkluż dawk li jaħdmu f’oqsma meħtieġa importanti, bħas-settur tas-saħħa.
Dwar dan Bernard Grech qal hekk.
Ġurnalist: “Peter Agius qal li jkeċċi l-ħaddiema barranin kollha minn Malta. Ftit ftit imma jkeċċihom
kollha. Peress li jkeċċihom kollha tgħidli ftit minn liema setturi kollha. Mis-settur tas-saħħa pereżempju?”
Grech: “U jiena ingiddbek illi mhux veru Peter Agius qal hekk.”
Iżda l-verità u l-fatti juru mod ieħor kif jixhed dan il-kumment ta’ Peter Agius innifsu li mistoqsi biex iwieġeb jekk ikeċċix il-barranin qal jintbagħtu gradwalment.
Dan il-kumment ta’ Peter Agius tħassar iżda d-dnub ma jorqodx hekk kif il-prova ta’ dak li qal Agius ġiet priservata anki jekk Bernard Grech ipprova jgħid mod ieħor.
Bħalu pprova jgħid mod ieħor Peter Agius li mera dak li kiteb hu stess.
Qal, “Jiena qatt m’għedt li rrid inkeċċi l-barranin kollha.”
Dwar il-kwistjoni tal-barranin, il-Gvern hu ċar.
Fil-fatt qed jitfasslu regoli ġodda u ttieħdu anki azzjonijiet fosthom tal-Y-Plates favur is-sigurtà ta’ pajjiżna anki fit-toroq.
Dawn l-azzjonijiet ilkoll iħarsu l-interess ta’ pajjiżna hekk kif Malta qed tkun iebsa u tgħid le għal applikazzjonijiet ta’ ħaddiema barranin li m’hemmx ħtieġa għalihom.
Iżda fuq l-istess tema, Bernard Grech u Peter Agius issa nqabdu jigdbu b’mod sfaċċat flimkien ma’ sensiela ta’ stejjer giddieba u fake news immuntati mill-midja Nazzjonalista fosthom dwar li vvutaw il-mejtin fl-elezzjoni ġenerali li fiha l-Partit Nazzjonalista ġarrab telfa elettorali oħra.
Għal Peter Agius, il-librar fil-Parlament Ewropew, din hi l-missjoni.
Stqarr, “Qed indejqu l-Labour. Mela ejja nkomplu nagħmlu iktar.”