Il-Kap Bernard Grech ma niżlitlu xejn tajjeb l-istqarrija pubblika li għamel il-Ġimgħa filgħaxija fuq facebook l-eks Kap Adrian Delia, meta pubblikament wassal messaġġ iebes lit-tmexxija Nazzjonalista preżenti u talab biex il-ġlied jieqaf issa.
Dwar il-block vote u l-imminar ta’ kandidati Nazzjonalisti minn Nazzjonalisti oħra, Delia qal kif il-Partit Nazzjonalista qed jagħlaq il-bieb saħansitra lin-Nazzjonalisti.
Sorsi fid-Dar Ċentrali qalulna li l-Kap ma ħadha xejn tajjeb li Delia mar jitkellem fil-pubbliku dwar l-aħħar ġlied fil-partit għaliex it-tmexxija preżenti dejjem qed tagħti stampa li l-firda hija xi ħaġa tal-passat.
Konferma tal-informazzjoni li daħlitilna minn ġewwa tahilna l-Kap Bernard Grech innifsu meta kien mistoqsi jekk tkellimx ma’ Adrian Delia dwar dak li qal fil-pubbliku.
Bernard Grech deher skomdu u ħabat jiddejjaq insaqsuh fuq hekk u dlonk qabad u telaq.
“It-tieni mistoqsija jekk jogħġbok. Inti aspirant Prim Ministru nista’ nagħmillek it-tieni mistoqsija naħseb m’għandekx ikollok problema, le? Kellimtu lil Dr Delia wara l-istqarrija pubblika li ħareġ il-Ġimgħa? Kellimtu lil Dr Delia wara l-istqarrija pubblika li ħareġ il-Ġimgħa?
Intant il-Kunsillier Nazzjonalista John Pillow, magħruf li hu tal-fazzjoni Delia u li kien fost id-disa’ kandidati li rtiraw mill-elezzjoni tal-kumitati sezzjonali wara block vote kontrihom mill-fazzjoni ta’ Simon Busuttil, kiteb fuq il-profil tiegħu fuq facebook u qal li dak li qal Bernard Grech meta mistoqsi mill-ġurnalisti dwar is-sitwazzjoni preżenti fil-Partit Nazzjonalista ta interpretazzjoni mhux eżatta tal-fatti.
Pillow tenna kif kandidati Nazzjonalisti ġew imminati u attakkati u riżultat t’hekk irtiraw filwaqt li sitt membri fil-kumitat sezzjonali ta’ Bormla rriżenjaw f’daqqa b’solidarjetà mad-disa’ kandidati li ħassewhom imminati.
John Pillow għalaq il-messaġġ tiegħu billi qal li l-irtirar tal-kandidati ma sarx għar-raġuni li semma Bernard Grech, jiġifieri għax huma m’aċċettawx lil Grech bħala Kap tal-partit.
Intant lill-ġurnalisti, Bernard Grech qalilhom li dawn il-kandidati li rtiraw kellhom kull ċans li jieħdu sehem fl-elezzjonijiet tal-partit.
“Pero trid tifhem ukoll li kellhom l-opportunità li jipparteċipaw.” (3 secs)
Dan filwaqt li Beppe Fenech Adami qal lil dawk li ħassewhom imweġġa’ li issa hi affari tagħhom u li l-affarijiet ikomplu.
“Dak kienet elezzjoni ta’ kumitat sezzjonali ġewwa tas-Sliema mingħalija. Kien hemm numru ta’ kandidati li rtiraw, affari tagħhom, naturalment l-affarijiet ikomplu, grazzi.”
“X’qed tagħmel dwarha imma.”
https://www.one.com.mt/2021/02/04/bil-filmat-adrian-delia-jghid-li-fil-pn-hemm-min-qed-johloq-il-mibgheda-1/