Il-kandidat għal Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech saħaq li hu jistħi jgħid li huwa Malti.
Filmat, li xxandar waqt il-programm Pjazza, wera kif Bernard Grech qal li meta jkun imsiefer u jsaqsuh minn fejn hu, ma jgħidilhomx li hu minn Malta.
Qal li hu jistħi jgħid li hu Malti u peress li kunjomu Grech, jgħidilhom li hu mill-Greċja.
Din id-dikjarazzjoni ta’ Bernard Grech ħarġet fil-midja ftit sigħat qabel mas-sit awtorevoli Politico kwota l-Kumissarju Ewropew għall-Ġustizzja Didier Reynders li semma l-Malta bħala pajjiż li mill-bidu ta’ din is-sena għamel progress kbir fuq l-indipendenza tal-ġudikatura u l-prosekuturi.
Reynders qal li minn Malta rajna evoluzzjoni reali ta’ riformi apparti li semma progress fin-nominazzjonijiet tal-Gvern Malti ta’ persuni f’istituzzjonijiet tant importanti.
Dwar dan ikkummenta wkoll il-Prim Ministru Robert Abela li laqa’ l-osservazzjonijiet tal-Kummissarju Ewropew u qal li filwaqt li hawn min jistħi jgħid li hu Malti, is-sit awtorevoli Politico qed juża lil Malta bħala eżempju ta’ prattiċi tajbin fejn jidħlu riformi istituzzjonali li daħlu f’pajjiżna din is-sena.
While some are ashamed to be #Maltese, @POLITICOEurope names #Malta as an example of best practice after #Commissioner Reynders lauds our considerable #progress and the real evolution of #institutional #reforms in 2020. – RA
— Robert Abela (@RobertAbela_MT) September 30, 2020
Intant il-kummenti ta’ Bernard Grech wasslu għal kritika ħarxa minn bosta li kkummentaw dwar il-mod kif Bernard Grech, kandidat li anki qed jaspira li jsir Kap tal-Oppożizzjoni qal kliem kontra art twelidu.
Il-kummenti ta’ Grech ġabu l-istmerrija ta’ bosta u anki l-kontestant l-ieħor Adrian Delia, uża l-profil tiegħu fuq facebook biex jgħaddi botta lill-avversarju tiegħu fit-tellieqa għat-tmexxija Nazzjonalista.