Wara d-diskors tal-Prim Ministru b’rabta ma’ mozzjoni li ressaq il-Gvern biex il-Prim Imħallef Emeritu Joseph Azzopardi jinħatar Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, tkellem il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech.
Fid-diskors li għamel inqabad li ma jafx il-fatti b’rabta mal-mozzjonijiet, kemm ta’ Kummissarju għall-Istandards kif ukoll tal-Ombudsman.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Grech inkixef li lanqas biss kien jaf li quddiem il-Parlament tressqet ukoll mozzjoni bin-nomina tal-eks Imħallef Joseph Zammit Mckeon, għall-kariga ta’ Ombudsman.
Pront qam il-Prim Ministru jikkoregi lill-Kap tal-Oppożizzjoni.