Minkejja l-fatti żvelati dwar in-nuqqas ta’ ħlas ta’ taxxa mid-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi, il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech qed jibqa’ jgħid li għalih dan hu każ magħluq.
Wara li f’konferenza tal-aħbarijiet f’jum il-mara qal li mhu se jieħu l-ebda azzjoni fil-konfront tad-deputat li għenu biex isir Kap, ftit wara lissen li din hija kwistjoni magħluqa.
Barra l-Parlament, li xħin jintebaħ li hemm il-ġurnalist ta’ ONE News jistennih biex isaqsih mistoqsijiet pertinenti jlebbet lejn il-karozza u jara kif se jiskappa, għan-nuqqasijiet fiskali tal-kelliem tiegħu għax-xogħol, tenna li l-każ huwa magħluq.
Meta l-ġurnalist ta’ ONE News staqsih jekk hux se jibqa ma jiħux azzjoni, Bernard Grech irrisponda, “Case closed, case closed.” Kien hemm li l-ġurnalist irrimarka, “Timxi b’riga differenti mad-deputati tiegħek,” b’Grech jirrispondi “Case closed.”
Din id-dikjarazzjoni ta’ Kap, li wkoll għamel snin ma jħallasx eluf ta’ ewro f’taxxa u b’hekk imkejjen fid-Dar Ċentrali qalulna li tilef l-awtorità fuq Jason Azzopardi, saret wara li l-eks Kap Adrian Delia fakkar lil Bernard Grech li n-nies xorta se jiġġudikaw, anki jekk il-Kap Nazzjonalista qed jgħid li s-saga t’Azzopardi hi każ magħluq.
Delia qal, “Case closed ma nistax nifhem f’liema rigward, jekk hux fini ta’ dak li ħa jagħmel il-partit jew ta’ dak illi ħa jiġġudikaw in-nies. Meta jiġġuddikaw in-nies m’hemmx case closed u case open. Jekk jiena kelli jew għamilt nuqqas, irrispettivament min jekk xi ħadd ħax passi, huma x’inhuma l-passi, passi amministrattivi, kriminali, fil-partit. In-nies xorta qed jiġġudikaw ta. Jien ġo moħħi ċara u l-ispjega mhiex.”
Meta lil Bernard Grech fakkarnih x’qal Delia, Bernard Grech fittex jiġri jidħol fil-karozza u baqa’ jiddefendi lil Azzopardi u tenna dak li qal qabel, biex b’hekk ikkonferma li għandu double standards u mad-deputati tiegħu jimxi b’riga differenti.