Skont Bernard Grech, pajjiżna huma meqjus bħala wieħed tal-maħmuġin minn numru ta’ pajjiżi.
F’intervista fuq ir-radju tiegħu, il-Ħadd filgħodu, Bernard Grech tkellem fuq l-FATF u qal hekk.
Grech qal, “Ħadd ma jibqa’ jħares lejna daqs li kieku ħa nitilqu diġà meqjusin li aħna maħmuġin.”
Il-Kap Nazzjonalista reġa’ tkellem dwar li hu jrid ikun fil-Gvern u skont hu, m’hemm l-ebda dellijiet fuqu.
Hu qal, “Aħna dak il-Partit li m’għandna l-ebda dellijiet fuqna.”
Dan qalu anki jekk Bernard Grech innifsu kien suġġett għall-investigazzjoni finanzjarja wara li għamel snin twal ma jħallasx eluf ta’ ewro f’taxxa u VAT.
Dan apparti li fil-partit u fil-fazzjoni li tappoġġjah hemm oħrajn bħalu li ma kinux ħallsu taxxa wara li saħansitra ddikjaraw li ma jaqilgħux ċenteżmu mill-professjoni legali, anki jekk huma magħrufa li għandhom klijentela tajba.
Intant fuq il-flus, Bernard Grech baqa’ jappella sabiex il-poplu jimpala l-flus lill-Partit Nazzjonalista.
Dan mhux biss ewro jew tnejn iżda anke bil-mijjiet permezz ta’ sistema ta’ donazzjonijiet kull xahar.
Grech qal, “Għandna bżonn ukoll l-għajnuna finanzjarja tiegħek. Din l-aħħar inizjattiva huwa mod ta’ kif inti tista’ darba kull xahar tagħti xi ħaġa regolari. Hawn min jiflaħ jagħti mija.”
Dan qalu sabiex skont hu tikber il-possibiltà li l-Partit Nazzjonalista jirbaħ l-elezzjoni ġenerali li jmiss.
Hu qal, “Biex inkunu tassew sfida imma anke wkoll possibiltà ta’ rebħa għall-elezzjoni ġenerali li jmiss.”