Sena wara li sar Kap, Bernard Grech kompla kif beda meta tpoġġa Kap mill-establishment Nazzjonalista.
Il-Ħadd filgħodu qal li l-Gvern ġab inkubu.
Qal, “Illi dan il-Gvern wegħdna l-aħjar żmien, imma minflok l-aqwa żmien tana inkubu.”
Din tal-inkubu ma kinitx l-ewwel darba li Bernard Grech qalha, li tfisser uġigħ u tbatijiet żejda, anki jekk bosta jirrikonoxxu li l-Gvern salva eluf ta’ impjiegi waqt pandemija, bil-Covid Wage Supplement, Grech kien negattiv u għamel nofs siegħa intervista jirredikola kollox, bħal ma għamel meta l-Gvern ta l-vouchers.
Bernard Grech attakka lill-Gvern anki fl-istess ġimgħa li tħabbret li t-trakka se ssir realtà u li nfetħet diskussjoni dwar il-metro.
Imbagħad quddiem attakk feroċi fuq il-Gvern, sar hu stess feroċi, u konferma ta’ dan hija din id-dikjarazzjoni li għamel fuq l-istazzjon tiegħu.
Qal, “Jien bniedem kwiet, pero jekk toqrosni jien insir iljun.”