Il-Ħadd filgħodu, il-Kap tal-Oppożizzjoni kien mistoqsi dwar il-fatt li Malta hija l-ewwel pajjiż fl-Unjoni Ewropea li laħqet l-immunità għall-virus tal-Covid-19.
Il-ġurnalist spiċċa jsaqsih jekk iħoss li dan l-iżvilupp huwiex xi ħaġa pożittiva għax l-Oppożizzjoni imkien ma ddikjarat dan, bil-Kap Nazzjonalista Bernard Grech iwieġeb hekk.
Il-ġurnalist staqsa, “U li tilħaqha l-ewwel ee?”
“U mhux li tilħaqha l-ewwel, qisna qed nagħmlu xi tellieqa”, qal Bernard Grech.
Il-Kap Nazzjonalista kien mistoqsi fuq temi oħra u ma eskludiex li jagħti l-maħfra lill-aħwa Degiorgio, mixlija fost oħrajn bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
Dan wara li anki kien qal li jagħti l-maħfra lis-suspettat mandant fil-qtil ta’ Caruana Galizia, Yorgen Fenech.
Bernard Grech tkellem ukoll fuq il-ġlied intern, partikolarment dak bejn Adrian Delia u Jason Azzopardi imbagħad meta mistoqsi għaliex mar ħażin fl-istħarriġ tal-opinjoni pubblika, qal li kollu tort tax-xandir.
Il-ġurnalist staqsa lil Grech, “Taħseb li minħabba x-xandir?”
Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal, “Kollox jaffettwa, kollox jaffettwa.”
Il-ġurnalist staqsa, “Mortu daqshekk lura minħabba x-xandir?”
“Kollox jaffettwa”, reġa’ rrepeta Grech.