Wara li ġimagħtejn ilu qal li pajjiżi oħra jaraw lil Malta bħala pajjiż tal-maħmuġin, il-Ħadd filgħodu l-Kap Nazzjonalista Bernard Grech implika li l-poplu Malti mhuwiex kburi b’pajjiżu.
Dak li jridha tal-Grieg għax skontu jistħi jgħid li hu Malti, saħaq fuq ir-radju tiegħu li f’pajjiżna għandu jkollna dritt li nerġgħu nkunu kburin b’pajjiżna, dan għax skontu m’aħniex bħalissa.
Grech stqarr: “Li jerġa’ jkollna anki d-dritt li nkunu proud f’pajjiżhom.”
Waqt l-istess intervista fuq ir-radju, bħal donnu Manuel Delia, li attakka l-proġett tal-junction tal-Marsa billi qal li hija Spaghetti Junction, Bernard Grech kritika l-proġetti infrastrutturali ta’ pajjiżna għax skontu dawn ma jaħsbux għall-futur ta’ pajjiżna.
Imbagħad Bernard Grech tkellem ukoll dwar il-kontijiet tad-dawl, li għalkemm raħsu b’ħamsa u għoxrin fil-mija, u huma żewġ terzi rħas minn dawk fl-Unjoni Ewropea, il-Kap Nazzjonalista qal hekk: “Il-kontijiet mhux minnu illi raħsu.”
Bernard Grech tkellem ukoll dwar is-sitwazzjoni tal-imxija u ma sab xejn tajjeb f’dak ir-rilaxx li ħabbar il-Gvern din il-ġimgħa b’mod kawt u kkontrollat.