F’intervista li għamel l-għada li ħdax-il persuna tresssqu l-Qorti biex jaffaċċjaw akkużi ta’ ħasil ta’ flus u frodi fost oħrajn, il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech qal li dan kollu ma ġarax minħabba l-istituzzjonijiet.
Imbagħad il-Kap Nazzjonalista qal li jagħti l-maħfra lil Vince Muscat, il-Koħħu, li ammetta li qatel lil Daphne Caruana Galizia.
Saħansitra Bernard Grech qal li jikkunsidra jagħti l-proklami wkoll lis-suspettat mandant fil-qtil ta’ Caruana Galizia, Yorgen Fenech.
Dan anki jekk il-familja ta’ Caruana Galizia hija kontra dan.
Meta mistoqsi fuq id-deputat Mario De Marco li spiċċa taħt il-lenti minħabba l-involviment tiegħu f’fondazzjoni li hija x-shareholder ewlenija fil-kumpanija li tmexxi t-Times, Grech qal li hu joqgħod fuq De Marco.
Dan anki jekk hemm implikazzjonijiet serji ta’ frodi marbuta mat-Times.
L-istess għamel dwar Kristy Debono, li mhux biss iltaqgħet ma’ Fenech meta kien magħruf li hu s-sid ta’ 17 Black iżda anki ġie rappurtat li ma tmurx għax-xogħol fl-Awtorità Maltija għal-Logħob.
Bernard Grech saħansitra ddefenda u faħħar lil Kristy Debono.
Bernard Grech spiċċa wkoll jitkellem fuq iż-żebgħa meta mistoqsi dwar riżorsi li jingħataw lill-istituzzjonijiet investigattivi.
Meta imbagħad kien mistoqsi dwar id-dejn fil-partit tiegħu, Bernard Grech tenna li mhux il-Partit Nazzjonalista għandu d-dejn iżda anki ċ-ċittadini komuni.
Kien hawn meta kien kostrett imiss mal-kwistjoni tad-dejn fil-Partit Nazzjonalista, li Bernard Grech dar fuq il-partitarji sabiex jagħtuh iżjed flus u imbagħad semma l-iskema sigrieta taċ-ċedoli li bdiet fi żmien Simon Busuttil.
Il-Kap Nazzjonalista qal ukoll li taħtu żdiedu l-ispejjeż.
Fl-intervista spikka wkoll aġir li Bernard Grech qed jagħmel ta’ spiss, dak li ma jagħtix proposti.
F’din l-intervista, Bernard Grech spiċċa rrabja wkoll meta min qed jintervistah irreferih għal Roberta Metsola, dik li skont l-establishment Nazzjonalista, hi l-persuna li se tieħodlu postu.
https://www.one.com.mt/2021/03/21/politiku-immatur-li-jinteressah-biss-mill-poter-il-pl-dwar-bernard-grech-li-jrid-jaghti-l-mahfriet/