Kif proprju kien imbassar, il-gżejjer Maltin illum qed jesperjenzaw riħ qawwi ħafna.
Fil-fatt, tant hu qawwi li kawża t’hekk il-baħar qed jibla’ l-art b’bosta qed jiġu mwissija biex ma jersqux lejn postijiet li jafu jitqiesu perikolużi meta t-temp ma jkunx jippermetti.
It-temp għal-lum hu mistenni li jkun imsaħħab u ċlampu.
Riħ qawwi kif diġá bdejna nesperjenzaw fejn qed ikun imbassar li hemm ċans ta’ xita tal-ħamrija.
Ir-riħ hu mbassar li ġej mill-Lvant b’qawwa ta’ bejn il-Forza 7 u 8.