Azzjoni f’waqtha mill-Kuntistabbli Andrew Carauna, li huwa parti mit-tim tal-Pulizija fil-Komunità fil-lokalità tar-Rabat, wasslet biex tiġi salvata l-ħajja ta’ tifla ta’ sentejn, li kienet qed tifga f’biċċa laħam.
Il-każ seħħ it-Tnejn li għadda, meta l-Kuntistabbli kien qiegħed fuq ronda tal-pass fir-Rabat u sema’ kommossjoni f’dar u ħabbat il-bieb, identifika ruħu bħala pulizija u daħal.
Omm it-tifla rrakkontat kif bis-saħħa ta’ dan il-kuntistabbli ġiet salvata l-ħajja taċ-ċkejkna li kienet f’xifer il-mewt.
“F’daqqa waħda nisma l-bieb iħabbat u kien pulizija. Telgħa u rnexxielu jgħini biex taqla’ t-tiġieġa u imbagħad bdejna nċemplu ambulanza, miskin baqa’ magħna. Morna għand it-tabib u qalli li t-tifla, qalli ftit sekondi kien fadlilha ħajja” Stqarret omm it-tifla.
Il-kuntistabbli Andrew Caruana qal kif bil-ħidma tal-pulizija fil-komunità qed jingħata sens ta’ serħan il-moħħ lin-nies.
Il-Kuntistabbli Caruana stqarr, “Bil-ħidma kontinwa tagħna diġa qed nuru l-frott li qed jirnexxielu jħalli frott dan il-kunċett. Nemmen ukoll li r-residenzi ta’ din il-lokalitá, huma moħħhom mistrieħ li jaraw il-pulizija fit-triq.”
It-tifla dehret li bdiet tirkupra mill-ewwel imma xorta ttieħdet għand tabib għall-osservazzjoni. Iċ-ċkejkna tinsab f’qagħda tajba.
Filmat: Uffiċċju tal-Komunikazzjoni, Il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta