Attivista Bulgara, illum Membru Parlamentari ltaqgħet ma’ ONE News fil-Bulgarija fejn sostniet li mhuwiex f’loku li Membru tal-Parlament Ewropew tallega affarijiet mhux veritieri.
Nadezhda Yordanova, illum Viċi Chairperson tal-grupp parlamentari tal-Partit elett fil-Parlament Bulgaru ‘Democratic Bulgaria’, iltaqgħet magħna fit-toroq fejn fl-aħħar xhur kien hemm il-protesti kontra l-Gvern tal-Prim Ministru Boyko Borissov.
Yordanova spjegat magħna kemm kien żmien diffiċli għall-poplu Bulgaru jiġġieled għad-demokrazija u s-saltna tad-dritt.
Qalet li kienet iebsa meta l-Ewroparlamentari Nazzjonalista Roberta Metsola, li tant titkellem fuq il-governanza u s-saltna tad-dritt, spiċċat twaħħal fin-nies li kienu qed jipprotestaw.
Fil-fatt f’emendi li ppruvat tressaq Metsola u b’hekk tiddefendi lil Borissov mixli b’korruzzjoni u ħasil ta’ flus, hija allegat li d-dimostranti huma ffinanzjati mill-Mafja.
F’intervista esklussiva mill-Bulgarija, Yordanova sostniet li d-dikjarazzjoni ta’ Metsola kienet gidba.
Hija qaltilna,“At the very point when this very strange declaration was announced in the European Parliament we had a very strong reaction because in her declaration there was simply lies so there was simply, the facts were deliberately interpreted in a very very wrong way.”
Metsola li wara l-ewwel storja ppubblikata mill-Bulgarija rreaġixxiet b’ritratt bit-tazza tal-inbid, kienet tlaqqmet bħala Mrs. Mafia mill-poplu Bulgaru u kartelluni b’wiċċha spiċċaw fit-toroq tal-Bulgarija.
Mistoqsija jekk hiex diżappuntata bl-aġir ta’ Metsola, l-attivista Bulgara saħqet li mhux sew li membru ta’ istituzzjoni tant importanti fl-Unjoni Ewropea, tispiċċa tigdeb.
Yordanova sostniet: “Disappointed is mild way to put it. It was incredulous, we are really frustrated because it’s not good for a Member of the European Parliament just to lie to the people because her allegations and her amendments were simple lie.”