Il-Kunsill Malti għall-Arti ta bidu għall-proġett Malti li ser jieħu sehem fil-festival popolari, il-Biennale ta’ Venezja fl-2022.
Bit-tema Diplomazija Astuta, l-artisti u l-kuraturi spiraw irwieħhom mill-Qtugħ ir-Ras ta’ Caravvgio, pittura li tinsab ġewwa l-Katidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta.
Minn hawnhekk huma studjaw ir-relevanza li għandha din l-arti fit-tbatijiet u l-ħajja tal-lum il-ġurnata.
B’hekk mistennija li tinħoloq arti kontemporanja permezz ta’ struttura tal-ħadid.
Il-kuratur Keith Sciberras, wieħed mill-parteċipanti, saħaq kif dan il-proġett mistenni jilħaq il-qofol tiegħu fl-2022 fil-Padiljun ta’ Malta.
“Il-padiljun ta’ Malta sala kbira, warehouse kbira li aħna b’dak li huwa metall ħa nilgħabu bil-metall u ħa nilgħabu bis-silenzju, bl-iskiet biex nagħtu din l-esperjenza immersiva fl-installazzjoni li ser jagħmlu l-artisti tagħna.”
Il-Ministru għall-Arti Josè Herrera stqarr kif din it-tip ta’ parteċipazzjoni f’attivitajiet internazzjonali bħal din imur id f’id mal-ħsieb tal-Gvern li jkompli jippromwovi u joħloq pjattaforma għal artisti Maltin.
“Din jipparteċipaw fiha ‘l fuq minn tmenin pajjiż u jżuru din il-fiera miljuni ta’ nies u naturalment il-preżenza tagħna hemmhekk tgħin biex inkomplu npoġġu lil pajjiżna fuq il-mappa mondjali.”